28.1.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 25/19


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-10 ta’ Novembru 2011 — LG Electronics, Inc. vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

(Kawża C-88/11 P) (1)

(Appell - Trade mark Komunitarja - Sinjal verbali “KOMPRESSOR PLUS” - Rifjut ta’ reġistrazzjoni - Regolament (KE) Nru 40/94 - Artikolu 7(1)(c) - Karattru deskrittiv - Eżami ta’ mezz ta’ prova ġdid mill-Qorti Ġenerali - Żnaturament tal-fatti u tal-provi)

(2012/C 25/32)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: LG Electronics, Inc. (rappreżentant: J. Blanchard, avukat)

Appellat: L-Uffiċċju għall-Armonizzazjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Suġġett

Appell minn sentenza tal-Qorti Ġenerali (it-Tieni Awla), tas-16 ta’ Diċembru 2010 — LG Electronics vs UASI (T-497/09) li tiċħad l-appell ippreżentat mir-rikorrenti kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tat-23 ta’ Settembru 2009 (Każ R-397/2009-1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali KOMPRESSOR PLUS bħala trade mark Komunitarja — Karattru deskrittiv tat-trade mark — Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1) — Eżami ta’ fatti ġodda mill-Qorti Ġenerali — Żnaturament tal-provi

Dispożittiv

(1)

L-appell huwa miċħud.

(2)

LG Electronics Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 120, 16.04.2011.