24.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 366/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-4 ta’ Ottubru 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Awstrija

(Kawża C-75/11) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Ċittadinanza tal-Unjoni - Dritt ta’ moviment u ta’ residenza - Artikoli 20 TFUE u 21 TFUE - Diskriminazzjoni minħabba n-nazzjonalità - Artikolu 18 TFUE - Direttiva 2004/38/KE - Artikolu 24 - Deroga - Portata - Stat Membru li fih il-benefiċċju ta’ tariffi ta’ trasport imnaqqsa huwa rriżervat biss għall-istudenti li l-ġenituri tagħhom jirċievu allowances tal-familja f’dan l-Istat)

2012/C 366/16

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Kreuschitz u D. Roussanov, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Awstrija (rappreżentanti: C. Pesendorfer u M. Fruhmann, aġenti)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikoli 18, 20 u 21 TFUE, kif ukoll tal- Artikolu 24 tad-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 46) — Kuntratti li jirrigwardaw il-bejgħ ta’ titoli tat-trasport b’tariffa mnaqqsa għall istudenti konklużi bejn diversi entitajiet fi Stat Membru u diversi impriżi ta’ trasport pubbliku — Esklużjoni, mill-benefiċċju ta’ dan it-tnaqqis, tal-istudenti li l-ġenituri tagħhom ma għandhomx dritt għall-allowances tal-familja f’dan l-Istat

Dispożittiv

(1)

Billi rreżervat prinċipalment il-benefiċċju tat-tariffi ta’ trasport imnaqqsa unikament lill-istudenti li l-ġenituri tagħhom jirċievu allowances tal-familja Awstrijaċi, ir-Repubblika tal-Awstrija naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt id-dispożizzjonijiet magħquda tal-Artikoli 18 TFUE, 20 TFUE u 21 TFUE kif ukoll l-Artikolu 24 tad-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE.

(2)

Ir-Repubblika tal-Awstrija hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 130, 30.04.2011