15.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 171/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-25 ta’ April 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Finlandja

(Kawża C-74/11) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Tassazzjoni - Direttiva 2006/112/KE - Artikoli 9 u 11 - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti l-inklużjoni ta’ persuni mhux suġġetti għat-taxxa fi grupp ta’ persuni li jistgħu jiġu kkunisdrati bħala persuna waħda suġġetta għall-VAT u li tillimita lill-impriżi tas-settur finanzjaru u tal-assigurazzjoni mill-possibbiltà li jiffurmaw tali grupp)

2013/C 171/05

Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: I. Koskinen u D. Triantafyllou, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Finlandja (rappreżentanti: H. Leppo, kif ukoll J. Heliskoski u S. Hartikainen, aġenti)

Partijiet intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Repubblika Ċeka (rappreżentanti: M. Smolek u T. Müller, aġenti), ir-Renju tad-Danimarka (rappreżentant: C. Vang, aġent), l-Irlanda (rappreżentanti: D. O’Hagan, aġent, assistit minn G. Clohessy, SC, u minn N. Travers, BL), Ir-Renju tal-Isvezja (rappreżentanti: A. Falk u S. Johannesson, aġenti), Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: H. Walker, aġent, assistit minn M. Hall, QC)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikoli 9 u 11 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1) — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tawtorizza lil persuni mhux suġġetti għat-taxxa li jiġu inklużi fi grupp tal-VAT u li tillimita s-sistema ta’ grupp tal-VAT għall-fornituri ta’ servizzi finanzjarji u ta’ servizzi ta’ assigurazzjoni.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.

(3)

Ir-Repubblika Ċeka, ir-Renju tad-Danimarka, l-Irlanda, ir-Renju tal-Isvezja kif ukoll ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


(1)  ĠU C 113, 9.4.2011.