16.2.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 46/3 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tad-19 ta’ Diċembru 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Taljana
(Kawża C-68/11) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Ambjent - Direttiva 1999/30/KE - Kontroll tat-tniġġis - Valuri limitu għall-konċentrazzjonijiet ta’ PM10 fl-arja ambjentali)
2013/C 46/04
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Alcover San Pedro u S. Mortoni, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Palmieri, aġent, assistit minn S. Varone, avvocato dello Stato)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikolu 5(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/30/KE, tat-22 ta’ April 1999, dwar il-valuri ta’ limitu tad-dijossidu tal-kubrit, tad-dijossidu tan-nitroġenu u l-ossidi tan-nitroġenu, materji f’partiċelli u ċomb fl-arja ambjentali (ĠU L Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 4, p. 164) li sar l-Artikolu 13 tad-Direttiva 2008/50/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta’ Mejju 2008, dwar il-kwalità tal-arja fl-ambjent u arja iktar nadifa għall-Ewropa, ĠU L 152, p. 1) — Qbiż tal-valuri ta’ limitu għall-partiċelli PM10 fl-arja ambjentali sa mis-sena 2005
Dispożittiv
(1) |
Peress li ma żguratx li, għas-snin 2006 u 2007, il-konċentrazzjonijiet tal-PM10 fl-arja ambjentali ma jaqbżux il-valuri ta’ limitu stabbiliti fl-Artikolu 5(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/30/KE, tat-22 ta’ April 1999, dwar il-valuri ta’ limitu tad-dijossidu tal-kubrit, tad-dijossidu tan-nitroġenu u l-ossidi tan-nitroġenu, materji f’partiċelli u ċomb fl-arja ambjentali, fil-55 żona u agglomerazzjoni Taljana msemmija fl-ittra ta’ intimazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea tat-2 ta’ Frar 2009, ir-Repubblika Taljana naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skont l-imsemmija dispożizzjoni. |
(2) |
Ir-rikors huwa miċħud għall-bqija. |
(3) |
Il-Kummissjoni Ewropea u r-Repubblika Taljana għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom. |