|
27.10.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 331/5 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-5 ta’ Settembru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour d’appel d’Amiens — Franza) — mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ kontra Joao Pedro Lopes Da Silva Jorge
(Kawża C-42/11) (1)
(Kooperazzjoni mill-pulizija u ġudizzjarja f’materji kriminali - Deċiżjoni Qafas 2002/584/JHA - Mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ konsenja bejn Stati Membri - Artikolu 4(6) - Raġuni għan-nuqqas ta’ eżekuzzjoni fakultattiva tal-mandat ta’ arrest Ewropew - Implementazzjoni fid-dritt nazzjonali - Persuna arrestata li hija ċittadina tal-Istat Membru li ħareġ il-mandat - Mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ għall-eżekuzzjoni ta’ piena li ċċaħħad il-libertà - Leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tirriżerva l-fakultà għan-nuqqas ta’ eżekuzzjoni tal-mandat ta’ arrest Ewropew, f’każ ta’ persuni rikjesti li għandhom iċ-ċittadinanza tal-imsemmi Stat)
(2012/C 331/07)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Cour d’appel d’Amiens
Partijiet fil-kawża prinċipali
Joao Pedro Lopes Da Silva Jorge
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Cour d’appel d’Amiens — Interpretazzjoni tal-Artikolu 4(6) tad-Deċiżjoni Kwadru (Qafas) tal-Kunsill 2002/584/JHA, tat-13 ta’ Ġunju 2002, fuq il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ ċediment (konsenja) bejn l-Istati Membri (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 34), kif ukoll tal-Artikolu 18 TFUE — Mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ għall-eżekuzzjoni ta’ piena li ċċaħħad il-libertà — Leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tirriżerva l-fakultà għan-nuqqas ta’ eżekuzzjoni tal-mandat ta’ arrest Ewropew, f’każ ta’ persuni rikjesti li għandhom iċ-ċittadinanza tal-imsemmi Stat — Diskriminazzjoni bbażata fuq iċ-ċittadinanza
Dispożittiv
L-Artikolu 4(6) tad-Deċiżjoni Kwadru (Qafas) tal-Kunsill 2002/584/JHA, tat-13 ta’ Ġunju 2002, fuq il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ ċediment (konsenja) bejn l-Istati Membri, u l-Artikolu 18 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li, minkejja li Stat Membru, fil-kuntest tat-traspożizzjoni tal-imsemmi Artikolu 4(6), jista’ jiddeċiedi li jillimita s-sitwazzjonijiet li fihom l-awtorità ġudizzjarja nazzjonali li teżegwixxi tista’ tirrifjuta li tikkonsenja persuna li taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni, ma jistgħux jiġu esklużi b’mod assolut u awtonomu minn dan il-kamp ta’ applikazzjoni ċ-ċittadini ta’ Stati Membri oħra li joqogħdu jew li jirrisjedu fit-territorju tiegħu, ikunu xi jkunu r-rabtiet li dawn għandhom ma’ dan tal-aħħar.
Il-qorti tar-rinviju, filwaqt li għandha tieħu inkunsiderazzjoni d-dritt nazzjonali kollu u tapplika metodi ta’ interpretazzjoni komuni rikonoxxuti minnu, hija obbligata tinterpreta d-dritt nazzjonali, sa fejn huwa possibbli, fid-dawl tat-test kif ukoll tal-għan tad-Deċiżjoni Qafas 2002/584, sabiex tiġi ggarantita l-effettività sħiħa ta’ din id-Deċiżjoni Qafas u tasal għal soluzzjoni konformi mal-għan segwit minnha.