21.7.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 217/4 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-7 ta’ Gunju 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Verwaltungsgerichtshof — l-Awstrija) — VBV — Vorsorgekasse AG vs Finanzmarktaufsichtsbehörde (FMA)
(Kawża C-39/11) (1)
(Moviment liberu tal-kapital - Artikoli 63 TFUE u 65 TFUE - Fondi ta’ previdenza professjonali - Investiment tal-attivi - Fondi komuni ta’ investiment stabbiliti fi Stat Membru ieħor - Investiment f’tali fondi permess biss meta dawn jiġu awtorizzati li jikkummerċjalizzaw l-unitajiet tagħhom fit-territorju nazzjonali)
2012/C 217/06
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Verwaltungsgerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: VBV — Vorsorgekasse AG
Konvenuta: Finanzmarktaufsichtsbehörde (FMA)
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Verwaltungsgerichtshof — Interpretazzjoni tal-Artikoli 63 TFUE et seq — Moviment liberu tal-kapital — Fondi ta’ previdenza professjonali li jinvestu l-kontribuzzjonijiet obbligatorji ta’ ħaddiema impjegati jew li jaħdmu għal rashom intiżi li jiffinanzjaw l-allowances ta’ rtirar — Leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tillimita dawn l-investimenti għall-fondi li l-bejgħ tagħhom ikun ġie awtorizzat fit-territorju nazzjonali
Dispożittiv
L-Artikolu 63(1) TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti lil fond ta’ previdenza professjonali, jew lil impriża ta’ investiment kollettiv maħluqa minn dan il-fond biex tamministra l-assi tagħha, jinvesti l-assi tiegħu f’unitajiet ta’ fond komuni ta’ investiment stabbilit fi Stat Membru ieħor biss jekk dan il-fond ikun ġie awtorizzat jikkummerċjalizza l-unitajiet tiegħu fit-territorju nazzjonali