29.9.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 295/7 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tad-19 ta’ Lulju 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Korkein hallinto-oikeus — il-Finlandja) — proċeduri mibdija minn A Oy
(Kawża C-33/11) (1)
(Sitt Direttiva - Eżenzjonijiet - Il-punt 6 tal-Artikolu 15 - Eżenzjoni ta’ ċerti tranżazzjonijiet li jikkonċernaw inġenji tal-ajru li jintużaw minn linji tal-ajru li joperaw prinċipalment għal remunerazzjoni fuq rotot internazzjonali - Kunsinna ta’ inġenji tal-ajru lil operatur li jpoġġihom għad-dispożizzjoni ta’ tali linja - Kunċett ta’ “joperaw għall-ħlas (għal remunerazzjoni) fuq rottot internazzjonali” - Titjiriet ċarter)
2012/C 295/10
Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż
Qorti tar-rinviju
Korkein hallinto-oikeus
Partijiet fil-kawża prinċipali
A Oy
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Korkein hallinto-oikeus — Interpretazzjoni tal-punt 6 tal-Artikolu 15 tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23) — Eżenzjoni ta’ ċerti tranżazzjonijiet li jikkonċernaw l-ajruplani użati minn kumpanniji tal-ajru li l-attività tagħhom tikkonsisti prinċipalment fi vjaġġi fuq rotot internazzjonali bi ħlas — Inklużjoni, jew le, tat-tranżazzjonijiet ta’ kumpanniji li l-attività tagħhom tikkonsisti prinċipalment fi vjaġġi ċarter fuq rotot internazzjonali sabiex jaqdu l-bżonnijiet ta’ impriżi u ta’ individwi — Kunsinna ta’ inġenji tal-ajru lil operatur li l-attività prinċipali tiegħu ma hijiex l-operazzjoni ta’ vjaġġi fuq rotot internazzjonali għal remunerazzjoni, iżda li jqiegħed l-ajruplan għad-dispożizzjoni ta’ operatur li jopera tali vjaġġi
Dispożittiv
(1) |
It-termini “joperaw għall-ħlas [għal remunerazzjoni] fuq rottot internazzjonali” fis-sens tal-punt 6 tal-Artikolu 15 tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 92/111/KEE, tal-14 ta’ Diċembru 1992, għandhom jiġi interpretati fis-sens li jkopru wkoll it-titjiriet internazzjonali nolleġġjati, sabiex jaqdu d-domanda ta’ impriżi u ta’ individwi. |
(2) |
Il-punt 6 tal-Artikolu 15 tad-Direttiva 77/388, kif emendata bid-Direttiva 92/111, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-eżenzjoni li jipprovdi tapplika wkoll għall-kunsinna ta’ inġenju tal-ajru lil operatur li ma huwiex huwa stess “linji ta’ l-ajru li joperaw għall-ħlas [għal remunerazzjoni] prinċipalment fuq rottot internazzjonali” fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, iżda li jakkwista dan l-inġenju tal-ajru sabiex jintuża esklużivament minn din il-linja. |
(3) |
Iċ-ċirkustanzi msemmija mill-qorti tar-rinviju, jiġifieri l-fatt li x-xerrej tal-inġenju tal-ajru jgħaddi, barra minn hekk, l-ispejjeż li jikkorrispondu għall-użu tiegħu lil individwu, li jkun l-azzjonist tiegħu, u li juża dan l-inġenju tal-ajru prinċipalment għall-iskopijiet tiegħu, kummerċjali u/jew privati, bil-linja tal-ajru jkollha wkoll il-possibbiltà li tużah għal titjiriet oħra, ma humiex tali li jbiddlu r-risposta għat-tieni domanda. |