|
23.3.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 86/2 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-31 ta’ Jannar 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tad-Dublin Metropolitan District Court — l-Irlanda) — Denise McDonagh vs Ryanair Ltd
(Kawża C-12/11) (1)
(Trasport bl-ajru - Regolament (KE) Nru 261/2004 - Kunċett ta’ “ċirkostanzi straordinarji” - Obbligu ta’ assistenza lill-passiġġieri fil-każ ta’ kanċellazzjoni ta’ titjira minħabba “ċirkostanzi straordinarji” - Eruzzjoni ta’ vulkan li twassal għall-għeluq tal-ispazju tal-ajru - Eruzzjoni tal-vulkan Islandiż Eyjafjallajökull)
2013/C 86/02
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Qorti tar-rinviju
Dublin Metropolitan District Court
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Denise McDonagh
Konvenuta: Ryanair Ltd
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Dublin Metropolitan District Court — Interpretazzjoni u validità tal-Artikoli 5 u 9 tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Frar 2004, li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10) — Kunċett ta’ “cirkostanzi straordinarji” fis-sens tar-Regolament — Portata — Kanċellazzjoni tat-titjira minħabba l-għeluq tal-ispazju tal-ajru Ewropew ikkawżat mill-eruzzjoni tal-vulkan Islandiż Eyjafjallajokull
Dispożittiv
|
(1) |
L-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Frar 2004, li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91, għandu jiġi interpretat fis-sens li ċirkustanzi bħalma huma l-għeluq ta’ parti mill-ispazju tal-ajru Ewropew wara l-eruzzjoni tal-vulkan Eyjafjallajökull jikkostitwixxu “ċirkostanzi straordinarji” fis-sens ta’ dan ir-regolament li ma jeżentawx lit-trasportaturi tal-ajru mill-obbligu tagħhom ta’ assistenza previst fl-Artikoli 5(1)(b) u 9 tar-Regolament Nru 261/2004. |
|
(2) |
L-Artikoli 5(1)(b) u 9 tar-Regolament Nru 261/2004 għandhom jiġu interpretati fis-sens li, fil-każ ta’ kanċellazzjoni ta’ titjira minħabba “ċirkostanzi straordinarji” li jkollhom l-istess tul bħalma kellha dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, l-obbligu ta’ assistenza lill-passiġġieri tal-ajru previst f’dawn id-dispożizzjonijiet għandu jiġi sodisfatt, u dan mingħajr ma hija effettwata l-validità ta’ dawn id-dispożizzjonijiet. Madankollu, passiġġier tal-ajru jista’ jikseb biss, bħala kumpens minħabba n-nuqqas ta’ osservanza mit-trasportatur tal-ajru tal-obbligu tiegħu ta’ assistenza previst fl-Artikoli 5(1)(b) u 9 tar-Regolament Nru 261/044, ir-rimbors tas-somom li, fid-dawl taċ-ċirkustanzi partikolari ta’ kull każ, jirriżultaw neċessarji, xierqa u raġonevoli sabiex jagħmlu tajjeb għan-nuqqas tat-trasportatur tal-ajru li jassisti lil dan il-passiġġier, u dan huwa l-kompitu tal-qorti nazzjonali li tevalwa. |