20.4.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 114/8 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-26 ta’ Frar 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesgerichtshof — il-Ġermanja) — Air France vs Heinz-Gerke Folkerts, Luz-Tereza Folkerts
(Kawża C-11/11) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Trasport bl-ajru - Regolament (KE) Nru 261/2004 - Artikoli 6 u 7 - Titjira b’konnessjoni(jiet) - Osservazzjoni ta’ dewmien fil-wasla fid-destinazzjoni finali - Żmien ta’ dewmien ugwali għal jew iktar minn tliet sigħat - Dritt tal-passiġġieri għal kumpens)
2013/C 114/09
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesgerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Air France
Konvenuti: Heinz-Gerke Folkerts, Luz-Tereza Folkerts
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Bundesgerichtshof — Interpretazzjoni tal-Artikoli 6 u 7 tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Frar 2004, li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10) — Titjira interkontinentali komposta minn diversi partijiet — Sitwazzjoni fejn it-titjira tasal fid-destinazzjoni finali b’dewmien ta’ għaxar sigħat, minkejja li d-dewmien fit-tluq tat-titjira jinsab fil-limiti imposti mill-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 — Dritt eventwali għal kumpens
Dispożittiv
L-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Frar 2004, li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91, għandu jiġi interpretat fis-sens li kumpens huwa dovut, fuq il-bażi tal-imsemmi Artikolu, lill-passiġġier ta’ titjira b’konnessjoni li kellu dewmien fit-tluq iqsar mil-limiti stabbiliti fl-Artikolu 6(1) tal-imsemmi regolament, iżda li wasal fid-destinazzjoni finali tiegħu b’dewmien ugwali għal jew iktar minn tliet sigħat mill-ħin tal-wasla skedat, minħabba li l-imsemmi kumpens ma huwiex suġġett għall-eżistenza ta’ dewmien fit-tluq u, konsegwentement, għall-osservanza tal-kundizzjonijiet iddikjarati fl-imsemmi Artikolu 6.