26.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 151/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’Awla) tad-29 ta’ Marzu 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgericht Mainz — il-Ġermanja) — Interseroh Scrap and Metal Trading GmbH vs Sonderabfall-Management-Gesellschaft Rheinland-Pfalz mbH (SAM)

(Kawża C-1/11) (1)

(Ambjent - Regolament (KE) Nru 1013/2006 - Artikolu 18(1) u (4) - Vjaġġi ta’ ċertu skart - Artikolu 3(2) - Informazzjoni obbligatorja - Identità tal-produttur tal-iskart - Nuqqas ta’ indikazzjoni min-negozjant intermedjarju - Protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali)

2012/C 151/15

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgericht Mainz

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Interseroh Scrap and Metal Trading GmbH

Konvenuta: Sonderabfall-Management-Gesellschaft Rheinland-Pfalz mbH (SAM)

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Verwaltungsgericht Mainz — Interpretazzjoni tal-Artikolu 18(1) u (4) tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-14 ta’ Ġunju 2006, dwar vjeġġi ta’ skart [ġarr ta’ skart] (ĠU L 190, p. 1) — Dokument li jinsab fl-Anness VII tal-imsemmi regolament u li jinkludi informazzjoni li takkumpanja l-ġarr ta’ ċertu skart — Dritt tal-intermedjarju li ma jindikax f’dan id-dokument l-identità tal-produtturi tal-iskart sabiex jipproteġi l-klijentela tiegħu fir-rigward tax-xerrej

Dispożittiv

(1)

L-Artikolu 18(4) tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-14 ta’ Ġunju 2006, dwar vjeġġi [vjaġġi] ta’ skart, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 308/2009, tal-15 ta’ April 2009, għandu jiġi interpretata fis-sens li ma jippermettix lil negozjant intermedjarju li jorganizza vjaġġ ta’ skart li ma jiżvelax l-identità tal-produttur tal-iskart lid-destinatarju tal-vjaġġ, kif previst fil-paragrafu 1 ta’ dan l-artikolu, moqri flimkien mal-Anness VII tal-imsemmi regolament, anki jekk dan in-nuqqas ta’ żvelar ikun neċessarju għall-protezzjoni tas-sigrieti kummerjali ta’ dan in-negozjant intermedjarju.

(2)

L-Artikolu 18(1) tar-Regolament Nru 1013/2006, kif emendat bir-Regolament Nru 308/2009, għandu tiġi interpretata fis-sens li jobbliga, fil-kuntest ta’ vjaġġ ta’ skart li jaqa’ taħt din id-dispożizzjoni, negozjant intermedjarju li jimla t-Taqsima 6 tad-dokument li jinsab fl-Anness VII tar-Regolament Nru 1013/2006, kif emendat bir-Regolament Nru 308/2009, u li jgħaddih lid-destinatarju, mingħajr ma l-portata ta’ dan l-obbligu tista’ tiġi limitata minn dritt għall-protezzjoni tas-sigrieti kummerjali.


(1)  ĠU C 95, 26.03.2011.