Keywords
Subject of the case
Parti operattiva

Keywords

Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Miżuri provviżorji - Kundizzjonijiet għall-għoti - Fumus boni juris - Urġenza - Dannu gravi u irreparabbli - Natura kumulattiva (Artikoli 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punt 9)

2. Proċeduri għal miżuri provviżorji - Rekwiżiti proċedurali - Preżentazzjoni tat-talbiet - Sunt tal-motivi invokati (Artikoli 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 10, 11, 19)

3. Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Kundizzjonijiet għall-għoti - Urġenza - Dannu gravi u irreparabbli - Oneru tal-prova (Artikoli 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 13-19)

Subject of the case

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni ta’ nota ta’ debitu maħruġa mill-Kummissjoni fit-22 ta’ Lulju 2010 għall-irkupru tas-somma ta’ EUR 109 415.20 imħallsa fil-kuntest ta’ għajnuna finanzjarja favur proġett ta’ riċerka medika.

Parti operattiva

Dispożittiv

1) It-talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni hija miċħuda.

2) L-ispejjeż huma rriżervati.