Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Ottubru 2010 – Lito Maieftiko Gynaikologiko kai Cheirourgiko Kentro vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-353/10 R)
“Miżuri provviżorji – Għajnuna finanzjarja – Nota ta’ debitu intiża għall-irkupru ta’ għajnuna finanzjarja – Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Nuqqas ta’ osservanza ta’ rekwiżiti proċedurali – Inammissibbiltà”
1. Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Miżuri provviżorji - Kundizzjonijiet għall-għoti - Fumus boni juris - Urġenza - Dannu gravi u irreparabbli - Natura kumulattiva (Artikoli 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punt 9)
2. Proċeduri għal miżuri provviżorji - Rekwiżiti proċedurali - Preżentazzjoni tat-talbiet - Sunt tal-motivi invokati (Artikoli 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 10, 11, 19)
3. Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Kundizzjonijiet għall-għoti - Urġenza - Dannu gravi u irreparabbli - Oneru tal-prova (Artikoli 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 13-19)
Suġġett
Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni ta’ nota ta’ debitu maħruġa mill-Kummissjoni fit-22 ta’ Lulju 2010 għall-irkupru tas-somma ta’ EUR 109 415.20 imħallsa fil-kuntest ta’ għajnuna finanzjarja favur proġett ta’ riċerka medika. |
Dispożittiv
1) |
It-talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni hija miċħuda. |
2) |
L-ispejjeż huma rriżervati. |