Digriet tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tas-16 ta’ Diċembru 2011 – Stichting Woonpunt et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-203/10)

“Għajnuna mill-Istat – Skema ta’ għajnuna mogħtija mill-Pajjiżi l-Baxxi favur kumpanniji ta’ akkomodazzjoni soċjali – Għajnuna eżistenti – Deċiżjoni li taċċetta l-impenji tal-Istat Membru – Deċiżjoni li tiddikjara għajnuna ġdida kompatibbli – Rikors għal annullament – Nuqqas ta’ interess individwali – Nuqqas ta’ interess ġuridiku – Inammissbbiltà”

1.                     Rikors għal annullament - Persuni fiżiċi jew ġuridiċi - Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiddikjara bidliet għal skema ta’ għajnuna eżistenti dwar sistema ġenerali ta’ finanzjament ta’ kumpanniji ta’ akkomodazzjoni kompatibbli mas-suq intern - Aċċess għall-iskema ta’ għajnuna miftuħa abbażi ta’ kriterji oġġettivi u mingħajr limitu fuq in-numru ta’ benefiċjarji potenzjali - Rikors ta’ kumpannija eliġibbli għall-imsemmija skema - Inammissibbiltà (ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE) (ara l-punti 25, 26, 28-30, 34, 35, 42)

2.                     Rikors għal annullament - Persuni fiżiċi jew ġuridiċi - Interess ġuridiku - Rikors ta’ kumpannija benefiċjarja potenzjali għal għajnuna mill-Istat debitament innotifikata, dirett kontra d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern taħt ċerti kundizzjonijiet limitattivi - Impossibbiltà għall-benefiċjarji ta’ għajnuna ġdida li jinvokaw l-effetti legali sfavorevoli meta mqabbla ma’ sitwazzjoni preċedenti - Inammissibbiltà (ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE) (ara l-punti 55, 58)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2009) 9963 finali, tal-15 ta’ Diċembru 2009, dwar l-għajnuna mill-Istat E 2/2005 u N 642/2009 – Il‑Pajjiżi l-Baxxi – Għajnuna eżistenti u għajnuna speċifika għal proġetti favur kumpanniji ta’ akkomodazzjoni.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talbiet għal intervent ta’ Vesteda Groep BV u tal-Assoċjazzjoni ta’ investituri istituzzjonali fil-proprjetà immobbli tal-Pajjiżi l-Baxxi.

3)

Stichting Woonpunt, Stichting Com.wonen, Woningstichting Haag Wonen u Stichting Woonbedrijf SWS.Hhvl għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

4)

Vesteda Groep BV u l-Assoċjazzjoni ta’ investituri istituzzjonali fil-proprjetà immobbli tal-Pajjiżi l-Baxxi, li talbu sabiex jintervjenu, għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.