Keywords
Subject of the case
Parti operattiva

Keywords

Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Miżuri provviżorji - Kundizzjonijiet għall-għoti - Fumus boni juris - Urġenza - Dannu gravi u irreparabbli - Natura kumulattiva - Ibbilanċjar tal-interessi kollha inkwistjoni - Ordni ta’ eżami u metodu ta’ verifika - Setgħa diskrezzjonali tal-Imħallef għal miżuri provviżorji (Artikoli 256(1) TFUE, 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 11, 12)

2. Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Miżuri provviżorji - Kundizzjonijiet għall-għoti - Dannu gravi u irreparabbli - Oneru tal-prova - Dannu finanzjarju - Sitwazzjoni li tista’ tipperikola l-eżistenza tal-kumpannija rikorrenti - Evalwazzjoni fir-rigward tas-sitwazzjoni tal-grupp ta’ appartenenza (Artikoli 278 TFUE u 279 TFUE) (ara l-punti 31-33, 45-47)

3. Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni tal-obbligu li tiġi kkostitwita garanzija bankarja bħala kundizzjoni għan-nuqqas ta’ rkupru immedjat ta’ multa - Kundizzjonijiet għall-għoti - Ċirkustanzi eċċezzjonali (Artikolu 278 TFUE) (ara l-punti 42-44, 55-59)

Subject of the case

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Novembru 2009 dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/38.589 – Stabilizzaturi Termiċi).

Parti operattiva

Dispożittiv

1) It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2) L-ispejjeż huma rriżervati.