12.3.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 80/21 |
Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Diċembru 2010 — Biodes vs UASI — Manasul International (BIESUL)
(Kawża T-597/10)
2011/C 80/40
Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Biodes, SL (Madrid, Spanja) (rappreżentant: E. Manresa Medina, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Manasul International, SL (Ponferrada, Spanja)
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-23 ta’ Settembru 2010 fil-Każ R 1519/2009-1, u |
— |
tikkundanna lill-UASI u lill-parti l-oħra intervenjenti eventwali favur tiegħu quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark figurattiva li għandha l-element verbali “BIESUL” għal prodotti fil-klassijiet 5, 30 u 31.
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Manasul International, SL.
Trade mark jew sinjal invokat: trade marks figurattivi nazzjonali li għandhom l-elementi verbali “MANASUL” u “MANASUL ORO” għal prodotti fil-klassijiet 5, 30 u 31.
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda.
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell milqugħ u trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni miċħuda.
Motivi invokati: ksur tal-Artikoli 8(1)(b) u 8(5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (1), peress li ma jeżisti l-ebda xebh bejn it-trade marks konfliġġenti u l-Bord tal-Appell naqas li jeżamina l-prova tal-użu tat-trade mark preċedenti.
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 tas- 26 ta’ Frar 2009 dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1)