26.2.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 63/28 |
Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Diċembru 2010 — Fabryka Łożysk Tocznych-Kraśnik vs UASI — Impexmetal (FŁT-1)
(Kawża T-571/10)
2011/C 63/54
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Partijiet
Rikorrenti: Fabryka Łożysk Tocznych-Kraśnik S.A. (Kraśnik, il-Polonja) (rappreżentant: J. Sieklucki, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Impexmetal S.A. (Varsavja, il-Polonja)
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tannulla fl-intier tagħha d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-6 ta’ Ottubru 2010 fil-Każ R 1387/2009-1; |
— |
tikkundanna lill-konvenut u lil Impexmetal S.A. għall-ispejjeż, inkluż dawk sostnuti mir-rikorrenti fil-kuntest tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell u quddiem id-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern. |
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark figurattiva “FLT-1” għal prodotti fil-klassi 7 — Reġistrazzjoni Nru 5026372
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: IMPEXMETAL S.A.
Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: trade mark figurattiva Komunitarja “FLT-1” u trade mark verbali u figurattiva nazzjonali “FLT-1” għal prodotti fil-klassi 7
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni parzjalment milqugħa u applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark għal ċerti prodotti fil-klassi 7 miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell mid-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 (1), minħabba żball ta’ evalwazzjoni tax-xebh tas-sinjali inkwistjoni, billi ma tteħidx kont tal-fatt li t-trade mark li saret applikazzjoni għaliha tikkostitwixxi parti mill-isem tal-kumpannija rikorrenti, li ilu jintuża għal ħafna żmien minn qabel ma saret l-applikazzjoni u li huwa s-sinjal distintiv storiku leġittimu tar-rikorrenti, u billi ma tteħidx kont lanqas tal-koeżistenza prolongata u paċifika tat-trade mark li saret applikazzjoni għaliha u tat-trade marks invokati insostenn tal-oppożizzjoni.
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas- 26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1)