20.11.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 317/38 |
Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Settembru 2010 — Trefilerías Quijano vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-427/10)
()
2010/C 317/69
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Trefilerías Quijano, SA (Los Corrales de Buelna, Spanja) (rappreżentanti: E. González Díaz u A. Tresandí Blanco, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tannulla, bis-saħħa tal-Artikolu 263 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010) 4387 finali, tat-30 ta’ Ġunju 2010, fil-Każ COMP/38344 — Azzar użat għall-prestressing; |
— |
sussidjarjament, tannulla jew tnaqqas, bis-saħħa tal-Artikolu 261 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, l-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti permezz tad-deċiżjoni msemmija, u |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Id-deċiżjoni kkontestata f’din il-kawża hija l-istess bħal dik fil-Kawża T-426/10, Moreda-Riviere Trefilerías vs Il-Kummissjoni.
Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk invokati f’dik il-kawża.
Ir-rikorrenti ssostni li hija ma għandhiex tinżamm responsabbli għall-allegat ksur tal-Artikolu 101 TFUE.