20.11.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 317/34 |
Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Settembru 2010 — Socitrel vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-413/10)
()
2010/C 317/62
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Partijiet
Rikorrenti: Socitrel — Sociedade Industrial de Trefilaria, SA (São Romão de Coronado, il-Portugall) (rappreżentanti: F. Proença de Carvalho u T. de Faria, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tannulla parzjalment l-Artikolu 1 u l-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni, tat-30 ta’ Ġunju 2010, dwar proċedura skont l-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/38.344 — Azzar użat għall-prestressing), għal dak li jikkonċerna r-rikorrenti; |
— |
tnaqqas il-multa; |
— |
tikkundanna l-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Id-deċiżjoni kkontestata mir-rikorrenti hija l-istess deċiżjoni kkontestata fil-kawża T-385/10, ArcelorMittal Wire France et vs Il-Kummissjoni.
Ir-rikorrenti ssostni quddiem il-Qorti Ġenerali:
(i) |
Nuqqas ta’ motivazzjoni serja tad-deċiżjoni kkontestata bi ksur tal-Artikolu 296 TFUE u ksur tal-prinċipju tal-aspettattivi leġittimi fl-applikazzjoni tal-multa, bi ksur tad-drittijiet tad-difiża tar-rikorrenti fil-kuntest tal-kalkolu tal-multa imposta fuqha. |
(ii) |
Ksur tad-drittijiet tad-difiża ta’ SOCRITEL minħabba d-dewmien eċċessiv tal-proċedura amministrattiva tal-Kummissjoni Ewropea, li marret kontra d-dritt għal rimedju ġudizzjarju fi żmien raġjonevoli, fid-dawl tal-Artikolu 6(1) tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem. |
Sussidjarjament,
(iii) |
Ksur tal-Artikolu 101 TFUE u żball manifest ta’ evalwazzjoni fid-dawl tal-fatt li SOCRITEL ma kinitx topera b’mod awtonomu fis-suq. |
(iv) |
Ir-rikorrenti ssostni wkoll li l-Kummissjoni Ewropea wettqet żball manifest billi mad-dħul mill-bejgħ ikkunsidrat, għall-finijiet tal-konstatazzjoni tal-limitu ta’ 10 % tad-dħul mill-bejgħ, applikat, għall-kalkolu tal-multi, id-dħul mill-bejgħ konġunt tal-impriżi Emesa, Galycas u ITC, li ma kinux jinkludu l-Grupo PREVIDENTE fil-mument tal-prattika ta’ ksur. |
(v) |
Ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, ta’ nondiskriminazzjoni u tal-aspettattivi leġittimi fl-iffissar tal-multa. |