6.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 301/56


Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Settembru 2010 — Bottega Veneta International vs UASI (Forma ta’ basket tan-nisa)

(Kawża T-409/10)

()

2010/C 301/89

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Bottega Veneta International Sàrl (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: P. Roncaglia, avukat, G. Lazzeretti, avukat, M. Boletto, avukat, E. Gavuzzi, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern, tas-16 ta’ Ġunju 2010, fil-Każ R 1247/2009-1;

tikkundanna lill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern għall-ispejjeż ta’ din il-kawża u tal-proċedimenti ta’ appell quddiem l-Ewwel Bord tal-Appell.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: Trade mark li għandha bħala suġġett sinjal distintiv tridemensjonali magħruf bħala basket “veneta” (Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 6632608), għal prodotti fil-klassi 18 (“basktijiet u basktijiet tan-nisa”)

Deċiżjoni tal-eżaminatur: Applikazzjoni għal reġistrazzjoni miċħuda.

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud.

Motivi invokati: Ksur tar-Regola 9(3)(a) tar-Regolament Nru 2868/95 u tal-Artikolu 7(1)(b) u (3) tar-Regolament Nru 207/2009.