23.10.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 288/62 |
Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Awissu 2010 — Rubinetterie Teorema vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-370/10)
()
(2010/C 288/111)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Rubinetterie Teorema SpA (Flero (Brescia), l-Italja) (rappreżentanti: R. Cavani, avukat, M. Di Muro, avukat, P. Preda, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tannulla d-deċiżjoni C(2010) 4185 tat-23 ta’ Ġunju 2010, |
— |
sussidjarjament, timponi multa simbolika, |
— |
iktar sussidjarjament, tnaqqs sostanzjalment l-ammont, sa fejn jidhrilha l-Qorti Ġenerali, tal-multa stabbilita fid-deċiżjoni, |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Id-deċiżjoni kkontestata fil-kawża preżenti hija l-istess bħal dik fil-Kawża T-368/10, Rubinetteria Cisal vs Il-Kummissjoni.
Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk invokati f’din il-kawża.
B’mod partikolari, ir-rikorrenti ssostni:
|
Il-ksur tad-dritt tad-difiża ta’ Teorema u l-invalidità konsegwenti tad-deċiżjoni minħabba:
|
|
Nuqqas ta’ akkordju li jkollu bħala għan jew riżultat il-prevenzjoni, ir-restrizzjoni jew id-distorsjoni tal-kompetizzjoni u/jew nuqqas ta’ dannu għall-kummerċ Komunitarju; kif ukoll |
|
l-evalwazzjoni żbaljata tal-provi marbuta mal-parteċipazzjoni ta’ Teorema fil-laqgħat ta’ Euroitalia. |