23.10.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 288/57 |
Rikors ippreżentat fis-27 ta' Awwissu 2010 — Vtesse Networks vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-362/10)
()
(2010/C 288/106)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Vtesse Networks Ltd (Hertford, ir-Renju Unit) (rappreżentant: H. Mercer QC, Barrister)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tiddikjara r-rikors ammissibbli; |
— |
tannulla l-paragrafu 72 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010) 3204 fuq għajnuna mill-Istat relatata mal-Każ N 461/2009 (ĠU 2010 C 162, p. 1); u |
— |
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż imġarrba f’dan ir-rikors. |
Motivi u argumenti prinċipali
Permezz ta’ dan ir-rikors, ir-rikorrenti titlob, taħt l-Artikolu 263 TFEU, l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010) 3204 fuq għajnuna mill-Istat relatata mal-Każ N 461/2009 (ĠU 2010 C 162, p. 1), li fiha ġie deċiż li l-miżura ta’ għajnuna “Cornwell & Isles of Scilly Next Generation Broadband”, li tipprovdi għajnuna mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali sabiex tgħin l-installazzjoni ta’ networks ta’ broadband tal-aħħar ġenerazzjoni fir-reġjun ta’ Cornwell & Isles of Scilly, hija kompatibbli mal-Artikolu 107(3)(c) TFEU.
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tressaq il-motivi segwenti:
|
L-ewwel nett, ir-rikorrenti tallega li l-Kummissjoni wettqet żbalji manifesti fl-evalwazjjoni tal-fatti, b’mod partikolari meta l-Kummissjoni kkonstatat li:
|
|
Barra minn hekk, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni naqset milli tapplika u/jew kisret l-Artikolu 102 TFEU tant li l-evalwazzjoni fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010) 3204 dwar l-impatt tal-miżura fuq il-kompetizzjoni hija invalida u li għalhekk l-imsemmija deċiżjoni hija illegali u ma taqax fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 107(3)(c) TFEU, peress li l-abbużi rilevanti għall-Artikolu 102 TFEU huma:
|
|
Fl-aħħar nett, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni kisret id-drittijiet ta’ difiża tagħha, inkluż, b’mod partikolari, in-nuqqas li tiftaħ investigazzjoni sħiħa abbażi tal-proċedura fl-Artikolu 108(2) TFEU għal dawn il-motivi:
|