23.10.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 288/53 |
Rikors ippreżentat fis- 26 ta’ Awwissu 2010 — Milux vs UASI (HEARTCONTROL)
(Kawża T-350/10)
()
(2010/C 288/99)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Milux Holding SA (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentant: J. Bojs, lawyer)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tannulla d-Deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-2 ta’ Lulju 2010 fil-Każ R 1437/2009-4; |
— |
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark verbali “HEARTCONTROL” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 10 u 44
Deċiżjoni tal-eżaminatur: Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud
Motivi invokati: Ksur tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, peress li l-Bord tal-Appell applika b’mod żbaljat il-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni għal fatti ta’ din il-kawża; u sussidjarjament, ksur tal-Artikoli 7(1)(b) u 7(1)(ċ) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, peress li l-Bord tal-Appell żbalja fil-konklużjoni tiegħu li t-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni ma għandhiex karattru suffiċjentement distint inerenti.