|
17.4.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 100/57 |
Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Frar 2010 — Geemarc Telecom vs UASI — Audioline (AMPLIDECT)
(Kawża T-59/10)
2010/C 100/84
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Geemarc Telecom International Ltd (Wanchai, Hong Kong) (rappreżentant: G. Farrington, solicitor)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Audioline GmbH (Neuss, il-Ġermanja)
Talbiet tar-rikorrenti
|
— |
tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade Marks u Disinni, tal-20 ta’ Novembru 2009, fil-Każ R 913/2009-2; u |
|
— |
tikkundanna lill-konvenut u l-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: It-trade mark “AMPLIDECT” għal prodotti fil-klassijiet 9 u 16
Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti
Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: Il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: Talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell milqugħ u għalhekk, it-trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità ġiet annullata
Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (ċ) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, peress li l-Bord tal-Appell: (i) naqas milli jieħu inkunsiderazzjoni li l-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell ma kinitx ippreżentat provi dwar in-nuqqas ta’ karattru distintiv tat-trade mark Komunitarja rreġistrata, li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità; u (ii) naqas milli jieħu inkunsiderazzjoni li t-trade mark Komunitarja rreġistrata, li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità, kisbet karattru iktar distintiv permezz tal-użu magħmul minnha; il-Bord tal-Appell naqas milli jillimita ruħu għal evalwazzjoni tal-provi u l-argumenti ppreżentati mill-partijiet fiż-żmien stipulat mill-Bord tal-Appell.