17.4.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 100/49 |
Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Jannar 2010 — Elf Aquitaine vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-40/10)
2010/C 100/75
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Elf Aquitaine SA (Courbevoie, Franza) (rappreżentanti: É. Morgan de Rivery, S. Thibault-Liger u A. Noël-Baron, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrenti
— |
preliminarjament, tannulla, abbażi tal-Artikolu 263 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), it-totalità tad-Deċiżjoni Nru C(2009) 8682 finali tal-11 ta’ Novembru 2009 fil-Każ COMP/38589 — Stabilizzaturi Termiċi inkwantu tirrigwarda lil Elf Aquitaine; |
— |
sussidjarjament, tannulla, abbażi tal-Artikolu 263 TFUE:
|
— |
aktar sussidjarjament:
|
— |
fi kwalunkwe każ, tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż kollha. |
Motivi u argumenti prinċipali
F’din il-kawża, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2009) 8682 finali, tal-11 ta’ Novembru 2009, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 tat-Trattat KE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/38.589 — Stabbilizzaturi termiċi), fir-rigward tal-akkordji fuq is-swieq tal-istabilizzaturi tal-landa u tal-istabilizzaturi termiċi ESBO/esters, fiż-ŻEE kollha, dwar l-iffissar tal-prezzijiet, it-tqassim tas-swieq u l-iskambju ta’ informazzjoni kummerċjali sensittiva jew, sussidjarjament, l-annullament jew it-tnaqqis tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti.
Prinċipalment, ir-rikors huwa bbażat fuq żewġ motivi ta’ annullament tat-totalità tad-deċiżjoni. L-ewwel motiv huwa bbażat fuq il-ksur tad-drittijiet tad-difiża tar-rikorrenti. Fit-tieni motiv, ir-rikorrenti tqis li d-deċiżjoni hija vvizzjata b’diversi żbalji ta’ liġi fir-rigward tar-responsabbiltà tagħha għall-ksur imwettaq mis-sussidjarja tagħha Arkema u s-sottosussidjarja tagħha CECA.
Ir-rikors huwa wkoll ibbażat sussidjarjament fuq żewġ motivi, u iktar sussidjarjament fuq żewġ motivi oħra. Fit-tielet motiv (sussidjarju), ir-rikorrenti tinvoka diversi żbalji ta’ liġi li għandhom iwasslu, tal-anqas, għall-annullament tal-erba’ multi li huma imposti fuqha skont l-Artikolu 2 tad-deċiżjoni. Fir-raba’ motiv (sussidjarju), ir-rikorrenti tikkunsidra li jekk il-Qorti Ġenerali tilqa’ it-tielet motiv, hija għandha wkoll tannulla l-Artikolu 1 tad-deċiżjoni fil-konfront tagħha. Fil-ħames motiv (iktar sussidjarju), jekk il-Qorti Ġenerali twarrab l-ewwel parti tat-tielet motiv fuq il-ksur tar-regoli tal-preskrizzjoni, ir-rikorrenti tqis li tal-anqas l-Artikolu 1(1)(h) tad-deċiżjoni għandu jiġi annullat inkwantu jikkonstata li r-rikorrenti kienet kisret l-Artikolu 81 KE u 53 ŻEE fis-settur tal-istabilizzaturi tal-landa bejn is-16 ta’ Marzu 1994 u l-31 ta’ Marzu 1996. Fis-sitt motiv (iktar sussidjarju), ir-rikorrenti tqis li, jekk il-Qorti Ġenerali twarrab iż-żewġ motivi prinċipali u t-tielet motiv invokat sussidjarjament, il-ksur tad-drittijiet ta’ difiża tagħha għandu, tal-anqas iwassal għat-tnaqqis tal-erba’ multi imposti fuqha.