17.4.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 100/46 |
Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Jannar 2010 — Hairdreams vs UASI — Bartmann (MAGIC LIGHT)
(Kawża T-34/10)
2010/C 100/71
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti:“Hairdreams” HaarhandelsgmbH (Graz, l-Awstrija) (rappreżentant: G. Kresbach, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Rüdiger Bartmann (Gladbeck, il-Ġermanja)
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tirriforma d-deċiżjoni kkontestata tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tat-18 ta’ Novembru 2009, fil-Każ R 656/2008-4, b’mod li jintlaqa’ l-appell tar-rikorrenti tat-22 ta’ April 2008 u li l-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell tiġi kkundannata tbati l-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti fil-kuntest tal-proċedimenti ta’ oppożizzjoni, tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell u ta’ dawn il-proċeduri; |
— |
sussidjarjament, tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tirrinvija l-każ quddiem l-UASI. |
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “MAGIC LIGHT” għal prodotti fil-klassijiet 3, 8, 10, 21, 22, 26 u 44 (Applikazzjoni Nru 5 196 597)
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Rüdiger Bartmann
Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: it-trade mark verbali Ġermaniża “MAGIC LIFE” Nru 30 415 611 għal prodotti fil-klassi 3
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni parzjalment milqugħa
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 (1) billi l-Bord tal-Appell wettaq żball ta’ liġi fl-evalwazzjoni tal-probabbiltà ta’ konfużjoni.
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1).