Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tas-16 ta’ Settembru 2013 — Villeroy & Boch Austria et vs Il-Kummissjoni

(Kawżi magħquda T‑373/10, T‑374/10, T‑382/10 u T‑402/10)

“Kompetizzjoni — Akkordji — Suq Belġjan, Ġermaniż, Franċiż, Taljan, Olandiż u Awstrijaku tal-installazzjonijiet sanitarji għall-kmamar tal-banju — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE — Koordinazzjoni ta’ żidiet fil-prezz u skambju ta’ informazzjoni kummerċjalment sensittiva — Ksur uniku — Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur — Prova — Multi — Linji gwida għall-kalkolu tal-ammont tal-multi tal-2006 — Non-retroattività — Terminu raġonevoli”

1. 

Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni — Stħarriġ ġudizzjarju — Ġurisdizzjoni sħiħa tal-qorti tal-Unjoni — Portata — Limiti — Osservanza tal-prinċipji ġenerali tad-dritt (Artikoli 261 TFUE u 263 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 31) (ara l-punti 26, 397, 398)

2. 

Akkordji — Ftehimiet u prattiki miftiehma li jikkostitwixxu ksur uniku — Kunċett — Akkordju globali — Kriterji — Għan uniku (Artikolu 101(1) TFUE) (ara l-punti 32-35, 61, 65)

3. 

Akkordji — Ftehimiet u prattiki miftiehma li jikkostitwixxu ksur uniku — Kunċett — Kwalifika bħala ksur uniku — Marġni ta’ diskrezzjoni tal-Kummissjoni — Ksur tal-prinċipju ta’ nulla poena sine lege — Assenza (Artikolu 101(1) TFUE; Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 49(1)) (ara l-punti 40-43)

4. 

Akkordji — Projbizzjoni — Ksur — Ftehimiet u prattiki miftiehma li jikkostitwixxu ksur uniku — Imputazzjoni ta’ responsabbiltà lil impriża minħabba l-parteċipazzjoni fi ksur meqjus fl-intier tiegħu — Kundizzjonijiet (Artikolu 101(1) TFUE) (ara l-punti 46-48, 54, 64, 242)

5. 

Kompetizzjoni — Proċedura amministrattiva — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata ksur — Obbligu li jiġi ddefinit is-suq inkwistjoni — Portata (Artikolu 101(1) TFUE) (ara l-punti 53, 56-58, 76)

6. 

Kompetizzjoni — Regoli tal-Unjoni — Ksur — Imputazzjoni — Kumpannija parent u sussidjarji — Unità ekonomika — Kriterji ta’ evalwazzjoni — Preżunzjoni ta’ influwenza determinanti eżerċitata mill-kumpannija parent fuq is-sussidjarji miżmuma 100 % minnha (Artikoli 101 TFUE u 102 TFUE) (ara l-punti 97, 155, 156, 164)

7. 

Kompetizzjoni — Proċedura amministrattiva — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata ksur — Modalità ta’ prova — Użu ta’ sensiela ta’ indizji — Grad ta’ saħħa probatorja neċessarja fir-rigward tal-indizji kkunsidrati individwalment (Artikoli 101(1) TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 2) (ara l-punti 104, 113-115, 257, 264, 275, 289)

8. 

Akkordji — Prattika miftiehma — Kunċett — Koordinazzjoni u kooperazzjoni inkompatibbli mal-obbligu ta’ kull impriża li tiddetermina b’mod awtonomu l-aġir tagħha fis-suq — Skambju ta’ informazzjoni bejn kompetituri — Għan jew riżultat antikompetittiv — Preżunzjoni — Kundizzjonijiet (Artikolu 101(1) TFUE) (ara l-punti 121, 123, 145, 148, 149, 248, 261)

9. 

Dritt tal-Unjoni Ewropea — Prinċipji ġenerali tad-dritt — Ċertezza legali — Nulla poena sine lege — Portata (Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 49(1)) (ara l-punt 157)

10. 

Dritt tal-Unjoni Ewropea — Prinċipji — Drittijiet fundamentali — Preżunzjoni ta’ innoċenza — Proċeduri fil-qasam tal-kompetizzjoni — Applikabbiltà (Artikolu 6(2) TUE; Artikolu 101(1) TFUE; Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikoli 47 u 48(1)) (ara l-punt 158)

11. 

Kompetizzjoni — Proċedura amministrattiva — Setgħat tal-Kummissjoni — Konstatazzjoni ta’ ksur li ntemm — Interess leġittimu li titwettaq il-konstatazzjoni — Rilevanza biex jinftiehem il-funzjonament tal-akkordju fl-intier tiegħu (Artikolu 101(1) TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 7(1)) (ara l-punti 302-304)

12. 

Kompetizzjoni — Multi — Responsabbiltà in solidum għall-ħlas — Kundizzjonijiet — Unità ekonomika — Ksur tal-prinċipju ne bis in idem u tal-prinċipju ta’ legalità — Assenza (Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2)) (ara l-punti 324-329, 332, 333)

13. 

Kompetizzjoni — Proċedura amministrattiva — Obbligi tal-Kummissjoni — Osservanza ta’ terminu raġonevoli — Kriterji ta’ evalwazzjoni — Ksur — Konsegwenzi (Artikolu 101(1) TFUE; Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 41(1); Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003) (ara l-punti 347-352)

14. 

Dritt tal-Unjoni Ewropea — Prinċipji — Nuqqas ta’ retroattività tad-dispożizzjonijiet kriminali — Kamp ta’ applikazzjoni — Multi imposti għal ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni — Inklużjoni — Ksur eventwali minħabba l-applikazzjoni għal ksur li seħħ qabel l-introduzzjoni tal-linji gwida għall-kalkolu tal-multi — Natura prevedibbli tal-emendi introdotti mil-linji gwida — Assenza ta’ ksur (Artikolu 101(1) TFUE; Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 49; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2) u (3); Komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni 98/C 9/03 u 2006/C 210/02) (ara l-punti 371-376)

15. 

Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Metodu ta’ kalkolu indikat mil-linji gwida adottati mill-Kummissjoni — Kalkolu tal-ammont bażiku tal-multa — Teħid inkunsiderazzjoni tal-karatteristiċi tal-ksur fl-intier tiegħu (Artikolu 101(1) TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2006/C 210/02, punti 19 sa 25) (ara l-punti 381-384)

16. 

Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Ammont massimu — Kalkolu — Distinzjoni bejn ammont finali u ammont intermedju tal-multa — Konsegwenzi (Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 23(2)) (ara l-punti 388-393)

Suġġett

Talba intiża, prinċipalment, għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 4185 finali, tat-23 ta’ Ġunju 2010, dwar proċedura skont l-Artikolu 101 TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/39092 – Installazzjonijiet sanitarji għall-kmamar tal-banju), sa fejn din tikkonċerna lir-rikorrenti u, sussidjarjament, għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa li ġiet imposta fuqhom.

Dispożittiv

1) 

Fil-Kawżi T‑373/10, T‑382/10 u T‑402/10, ir-rikorsi huma miċħuda.

2) 

Fil-Kawża T‑374/10, l-Artikolu 1(7) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 4185 finali, tat-23 ta’ Ġunju 2010, dwar proċedura skont l-Artikolu 101 TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/39092 – Installazzjonijiet sanitarji għall-kmamar tal-banju), huwa annullat sa fejn fih hemm ikkonstatat li Villeroy & Boch AG ipparteċipat f’akkordju fis-settur tal-installazzjonijiet sanitarji għall-kmamar tal-banju fil-Belġju, fil-Ġermanja, fi Franza, fl-Italja, fil-Pajjiżi l-Baxxi u fl-Awstrija qabel it-12 ta’ Ottubru 1994.

3) 

Fil-Kawża T‑374/10, ir-rikors huwa miċħud għall-kumplament.

4) 

Villeroy & Boch Austria GmbH, Villeroy et Boch SAS u Villeroy & Boch – Belgium għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk esposti mill-Kummissjoni Ewropea fil-Kawżi T‑373/10, T‑382/10 u T‑402/10.

5) 

Villeroy & Boch AG għandha tbati seba’ partijiet minn tmienja tal-ispejjeż tagħha u seba’ partijiet minn tmienja tal-ispejjeż tal-Kummissjoni fil-Kawża T‑374/10.

6) 

Il-Kummissjoni għandha tbati parti minn tmienja tal-ispejjeż tagħha u parti minn tmienja tal-ispejjeż ta’ Villeroy & Boch AG fil-Kawża T‑374/10.