Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tal-24 ta̕ Mejju 2012 — Grupo Osborne vs UASI — Industria Licorera Quezalteca (TORO XL)
(Kawża T-169/10)
“Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali TORO XL — Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti XL — Raġuni relattiva għal rifjut — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 — Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni”
Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 20, 56-58)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tat-22 ta’ Jannar 2012 (Każ R 223/2009-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Industria Licorera Quezalteca, SA u Grupo Osborne, SA. |
Dispożittiv
1) |
Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tat-22 ta’ Jannar 2012 (Każ R 223/2009-2), hija annullata. |
2) |
L-UASI huwa kkundannat għall-ispejjeż. |