Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tad-19 ta’ Mejju 2011 – Tempus Vade vs UASI – Palacios Serrano (AIR FORCE)
(Kawża T-81/10)
“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali AIR FORCE – Trade marks Komunitarji u nazzjonali verbali u figurattivi preċedenti TIME FORCE – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Nuqqas ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni – Nuqqas ta’ xebh tas-sinjali – Artikolu 8(1)(b) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”
Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b) ) (ara l-punti 38, 40-43)
Suġġett
| Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tas-7 ta’ Jannar 2010 (Każ R 1114/2008‑4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Tempus Vade, SL u Juan Palacios Serrano. |
Informazzjoni dwar il-kawża
|
Applikant għat-trade mark Komunitarja: |
Juan Palacios Serrano |
|
Trade mark Komunitarja kkonċernata: |
Trade mark verbali AIR FORCE għal prodotti fil-klassi 14 – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 5016704 |
|
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: |
Tempus Vade, SL |
|
Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: |
Trade mark verbali Komunitarja TIME FORCE (Trade mark Komunitarja Nru 395657), għal prodotti fil-klassijiet 14, 18 u 25 kif ukoll it-trade marks figurattivi Komunitarji li jinkludu l-element verbali TIME FORCE, għal prodotti fil-klassijiet 14, 18 u 25 (Trade mark Komunitarja Nru 398776) u għal prodotti fil-klassijiet 3, 8, 9, 14, 18, 25, 34, 35 u 37 (Trade mark Komunitarja Nru 3112133) |
|
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: |
Oppożizzjoni milqugħa kollha kemm hi. |
|
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: |
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni annullata u oppożizzjoni miċħuda |
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
Tempus Vade, SL hija kkundannata għall-ispejjeż. |