|
16.4.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 120/12 |
Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Marzu 2011 — Castiglioni vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-591/10 R)
(Proċeduri għal miżuri provviżorji - Kuntratti pubbliċi - Proċedura ta’ sejħa għal offerti - Ċaħda ta’ offerta - Talba għal sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Ksur tar-rekwiżiti proċedurali - Inammissibbiltà)
2011/C 120/30
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Castiglioni Srl (Busto Arsizio, l-Italja) (rappreżentant: G. Turri, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Delaude u N. Bambara, aġenti, assistiti minn D. Gullo, avukat)
Suġġett
Talba għal miżuri provviżorji mressqa fil-kuntest tal-proċedura ta’ għoti ta’ kuntratt relatat mal-konklużjoni ta’ ftehim-qafas multipliku għall-eżekuzzjoni ta’ xogħlijiet ta’ kostruzzjoni, ta’ rinovazzjoni u ta’ manutenzjoni ta’ bini u infrastrutturi fis-sit ta’ Ispra (l-Italja) taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka tal-Kummissjoni Ewropea.
Dispożittiv
|
(1) |
It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda. |
|
(2) |
L-ispejjeż huma rriżervati. |