9.3.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 71/20 |
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Jannar 2013 — Divandari vs Il-Kunsill
(Kawża T-497/10) (1)
(Politika barranija u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda kontra l-Iran bil-għan li tiġi evitata l-proliferazzjoni nukleari - Iffriżar ta’ fondi - Revoka tal-lista tal-persuni kkonċernati - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)
2013/C 71/32
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Ali Divandari (Teheran, l-Iran) (rappreżentanti: inizjalment S. Gadhia u S. Ashley, solicitors, D. Wyatt, QC, u R. Blakeley, barrister, sussegwentement R. Blakeley, S. Zaiwalla u F. Zaiwalla, solicitors, u M. Brindle, QC)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bishop u A. Vitro, aġenti)
Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Boelaert u M. Konstantinidis, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/CFSP, tas-26 ta’ Lulju 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK (ĠU L 195, p. 39), tar-Regolament ta’ implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 668/2010, tas-26 ta’ Lulju 2010, li jimplimenta l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 423/2007 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 195, p. 25), tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/644/PESK, tal-25 ta’ Ottubru 2010, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK (ĠU L 281, p. 81), tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 961/2010, tal-25 ta’ Ottubru 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 423/2007 (ĠU L 281, p. 1), tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/783/PESK, tal-1 ta’ Diċembru 2011, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK (ĠU L 319, p. 71), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1245/2011, tal-1 ta’ Diċembru 2011, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 961/2010 (ĠU L 319, p. 11), u tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012, tat-23 ta’ Marzu 2012, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 961/2010 (ĠU L 88, p. 1), sa fejn dawn l-atti jirrigwardaw lir-rikorrent.
Dispożittiv
(1) |
Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors. |
(2) |
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, dawk sostnuti minn Ali Divandari. |
(3) |
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha.. |