21.5.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 152/22 |
Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Frar 2011 — Iberdrola vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-486/10 R)
(Proċeduri għal miżuri proviżżorji - Għajnuna mill-Istat - Kumpens tal-ispejjeż addizzjonali ta’ produzzjoni ta’ ċerti ċentrali tal-elettriku li jirriżultaw mill-obbligu ta’ servizz pubbliku ta’ produzzjoni ta’ ċerti volumi ta’ elettriku mill-faħam ta’ oriġni nazzjonali u l-implementazzjoni ta’ ‘mekkaniżmu ta’ dispaċċ preferenzjali’ favurihom - Deċiżjoni li jitqajmux oġġezzjonijiet - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Fumus boni juris - Nuqqas ta’ urġenza - Ibbilanċjar tal-interessi)
2011/C 152/41
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Iberdrola, SA (Bilbao, Spanja) (rappreżentanti: J. Ruiz Calzado u É. Barbier de la Serre, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Europea (rappreżentanti: É. Gippini Fournier u C. Urraca Caviedes, aġenti)
Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: J. M. Rodríguez Cárcamo, aġent)
Suġġett
Talba għal miżuri provviżorji intiża, essenzjalment, għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010) 4499, tad-29 ta’ Settembru 2010, dwar l-għajnuna mill-Istat N 178/2010 innotifikata mir-Renju ta’ Spanja taħt forma ta’ kumpens għas-servizz pubbliku assoċjat ma’ mekkaniżmu ta’ dispaċċ preferenzjali favur ċentrali ta’ produzzjoni tal-enerġija elettrika li jużaw faħam ta’ oriġni nazzjonali.
Dispożittiv
(1) |
E.ON Generación, S.L., Hidroeléctrica del Cantábrico, SA, u l-Federación Nacional de Empresarios de Minas de Carbón jistgħu jintervjenu insostenn tat-talbiet tal-Kummissjoni Ewropea. |
(2) |
Id-digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Novembru 2010, Iberdrola vs Il-Kummissjoni (T-490/10 R, mhux ippubblikat fil-Ġabra), huwa revokat. |
(3) |
Għandu jiġi stabbilit terminu għal Iberdrola għall-Kummissjoni u għar-Renju ta’ Spanja sabiex jitolbu li ċerti elementi kunfidenzjali tal-proċess kif ukoll ta’ dan id-digriet jiġu esklużi mill-komunikazzjoni lill-partijiet imsemmija fil-punt 1 ta’ dan id-dispożittiv u sabiex tiġi prodotta, għall-finijiet ta’ din il-komunikazzjoni, verżjoni mhux kunfidenzjali ta’ partijiet tal-proċess u ta’ dan id-digriet. |
(4) |
L-ispejjeż huma rriżervati |