24.9.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 282/20 |
Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ April 2011 — Westfälische Drahtindustrie et vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-393/10 R)
(Proċeduri għal miżuri provviżorji - Kompetizzjoni - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li timponi multa - Garanzija bankarja - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni)
2011/C 282/40
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Westfälische Drahtindustrie GmbH ((Hamm, il-Ġermanja); Westfälische Drahtindustrie Verwaltungsgesellschaft mbH & Co. KG (Hamm); u Pampus Industriebeteiligungen GmbH & Co. KG (Iserlohn, il-Ġermanja) (rappreżentanti: C. Stadler u N. Tkatchenko, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Bottka, R. Sauer u C. Hödlmayr, aġenti, assistiti minn de R. Van der Hout, avukat)
Suġġett
Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010) 4387 finali, tat-30 ta’ Ġunju 2010, dwar proċedura skont l-Artikolu 101 TFUE u l-Artikolu 53 tal Ftehim ŻEE (Każ COMP/38.344 — Azzar użat għall-prestressing), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010) 6676 finali, tat-30 ta’ Settembru 2010, sa fejn timponi multi fuq ir-rikorrenti.
Dispożittiv
(1) |
Is-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tal-obbligu impost fuq Westfähliche Drahtindustrie GmbH, fuq Westfähliche Drahtindustrie Verwaltungsgesellschaft mbH & Co. KG u fuq Pampus Industriebeteiligungen GmbH & Co. KG li jikkostitwixxu garanzija favur il-Kummissjoni Ewropea bil-għan jiġi evitat l-irkupru immedjat tal-multi imposti fuqhom permezz tal-Artikolu 2(1) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010) 4387 finali, tat-30 ta’ Ġunju 2010, dwar proċedura skont l-Artikolu 101 TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/38.344 — Azzar użat għall-prestressing), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010) 6676 finali, tat-30 ta’ Settembru 2010, hija mogħtija taħt il-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
(2) |
L-ispejjeż huma rriżervati. |