|
11.12.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 424/36 |
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Settembru 2017 – Il-Pajjiżi l-Baxxi vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-119/10) (1)
((“Rikors għal annullament - FEŻR - Tnaqqis ta’ għajnuna finanzjarja - Programm Interreg II /C ‘Għargħar Rhin-Meuse’ - Nuqqas ta’ osservanza tat-terminu għall-adozzjoni ta’ deċiżjoni - Ksur tal-forom proċedurali sostanzjali - Rikors manifestament fondat”))
(2017/C 424/52)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Partijiet
Rikorrent: Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (rappreżentanti: inizjalment minn Y. De Vries, J. Langer u C. Wissels, sussegwentement minn J. Langer u M. Bulterman u B. Koopman, aġenti)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: W. Roels u A. Steiblytė, aġenti)
Intervenjenti insostenn tar-rikorrent: Ir-Renju tal-Belġju (rappreżentanti: inizjalment minn M. Jacobs u T. Materne, sussegwentement minn M. Jacobs u J.-C. Halleux, aġenti) u Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: inizjalment minn G. de Bergues, u B. Messmer, sussegwentement minn J. Bousin u D. Colas, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2009) 10712, tat-23 ta’ Diċembru 2009, li tnaqqas l-għajnuna mogħtija mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) taħt il-Programm ta’ Inizjattiva tal-Komunità Interreg II/C “Għargħar Rhin-Meuse”, fir-Renju tal-Belġju, fir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, fir-Repubblika Franċiża, fil-Gran Dukat tal-Lussemburgu u fir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(97)3742, tat-18 ta’ Diċembru 1997 (FEŻR Nru 970010008).
Dispożittiv
|
1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2009) 10712, tat-23 ta’ Diċembru 2009, li tnaqqas l-għajnuna mogħtija mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) taħt il-Programm ta’ Inizjattiva tal-Komunità Interreg II/C “Għargħar Rhin-Meuse”, fir-Renju tal-Belġju, fir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, fir-Repubblika Franċiża, fil-Gran Dukat tal-Lussemburgu u fir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(97)3742, tat-18 ta’ Diċembru 1997 (FEŻR Nru 970010008), hija annullata, sa fejn din tikkonċerna lir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi. |
|
2) |
Il-Kummissjoni Ewropea, minbarra l-ispejjeż tagħha, għandha tbati l-ispejjeż tar-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi. |
|
3) |
Ir-Renju tal-Belġju u r-Repubblika Franċiża għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom. |