28.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 234/38


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Ġunju 2010 — Regione Puglia vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-84/10 R u T-223/10 R)

(Proċeduri għal miżuri provviżorji - Deċiżjoni ta’ tnaqqis ta’ għajnuna finazjarja Komunitarja - Nota ta’ debitu - Talba għal sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Nuqqas ta’ urġenza)

2010/C 234/68

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Regione Puglia (rappreżentanti: F. Brunelli u A. Aloia, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Cattabriga u A. Steiblytė, aġenti)

Suġġett

Talba għal sospensjoni tal-eżekuzzjoni, minn naħa, tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2209) 10350, tat-22 ta’ Diċembru 2009, dwar it-tneħħija parzjali tal-għajnuna mogħtija mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR), lill-Italja għall-programm operattiv POR Puglia li jaqa’ taħt l-Objettiv 1 (2000-2006), u min-naħa l-oħra, tal-ordni ta’ ħlas li tinsab fin-nota ta’ debitu, tas-26 ta’ Frar 2010, mogħtija wara din id-deċiżjoni.

Dispożittiv

(1)

Il-Kawżi T-84/10 R u T-223/10 R huma magħquda għall-finijiet ta’ dan id-digriet.

(2)

It-talbiet għal miżuri provviżorji huma miċħuda.

(3)

L-ispejjeż huma riżervati.