3.7.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 179/40 |
Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ April 2010 — Xeda International vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-71/10 R)
(“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Direttiva 91/414/KEE - Deċiżjoni dwar in-noninklużjoni ta’ diphenylamine fl-Anness I tad Direttiva 91/414 - Talba għal sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Nuqqas ta’ urġenza”)
(2010/C 179/70)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Xeda International SA (Saint-Andiol, Franza) (rappreżentanti: C. Mereu, K. Van Maldegem, avukati, u P. Sellar, solicitor)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Bianchi u L. Parpala, aġenti, assistiti minn J. Stuyck, avukat)
Suġġett
Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 2009/859/KE, tat-30 ta’ Novembru 2009, dwar in-noninklużjoni ta’ diphenylamine fl-Anness I tad Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u l-irtirar ta’ awtorizzazzjonijiet għal prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom din is-sustanza (ĠU L 314, p. 79), sal-għoti tas-sentenza fuq ir-rikors prinċipali.
Dispożittiv
(1) |
It-talba għal miżuri provviżjorji hija miċħuda. |
(2) |
L-ispejjeż huma rriżervati. |