18.8.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 250/13


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Lulju 2012 — Interspeed vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-587/10) (1)

(Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Relazzjonijiet esterni - Sejħa għal offerti maħruġa mill-EAR li tikkonċerna xogħol fuq il-fruntiera ta’ Preševo (Is-Serbja), il-finanzjament għal dan ix-xogħol u miżuri oħra relatati - Nuqqas ta’ rabta kawżali)

2012/C 250/24

Lingwa tal-kawża: is-Sloven

Partijiet

Rikorrenti: Holding kompanija Interspeed a.d. (Belgrad, is-Serbja) (rappreżentant: M. Bošnjak, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Erlbacher u B. Rous, aġenti)

Suġġett

Talba għal kumpens għad-danni li allegatament irriżultaw minn xogħol imwettaq fuq il-fruntiera ta’ Preševo (is-Serbja) skont kuntratt iffinanzjat mill-EAR.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Holding kompanija Interspeed a.d. għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 89, 19.3.2011.