30.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 194/19


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Mejju 2012 — Wohlfahrt vs UASI — Ferrero (Kindertraum)

(Kawża T-580/10) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja verbali Kindertraum - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti Kinder - Raġuni relattiva għal rifjut - Prova tal-użu mit-trade mark preċedenti - Artikolu 42(2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009)

2012/C 194/31

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Harald Wohlfahrt (Rothenburg ob der Tauber, il-Ġermanja) (rappreżentanti: inizjalment N. Scholz-Recht, sussegwentement G. Huβlein-Stich, u fl-aħħar nett M. Loschelder, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: inizjalment A. Pohlmann, sussegwentement D. Walicka, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Ferrero SpA (Alba, l-Italja) (rappreżentanti: F. Jacobacci u L. Ghedina, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-20 ta’ Ottubru 2010 (Każ R 815/2009-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Ferrero SpA u Harald Wohlfahrt.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Harald Wohlfahrt huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 63, 26.2.2011.