23.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 96/10


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Frar 2015 – Environmental Manufacturing vs UASI – Wolf (Rappreżentazzjoni ta’ ras ta’ lupu)

(Kawża T-570/10 RENV) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva li tirrappreżenta ras ta’ lupu - Trade marks nazzjonali u internazzjonali figurattivi preċedenti WOLF Jardin u Outils WOLF - Raġuni relattiva għal rifjut - Artikolu 8(5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

(2015/C 096/11)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Environmental Manufacturing LLP (Stowmarket, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: S. Malynicz, barrister, u M. Atkins, solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Société Elmar Wolf (Wissembourg, Franza) (rappreżentant: N. Boespflug, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tas-6 ta’ Ottubru 2010 (Każ R 425/2010-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Société Elmar Wolf u Environmental Manufacturing LLP.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tas-6 ta’ Ottubru 2010 (Każ R 425/2010-2), hija annullata.

2)

L-UASI għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu qudiem il-Qorti Ġenerali u quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, kif ukoll nofs dawk sostnuti minn Environmental Manufacturing LLP quddiem il-Qorti Ġenerali u quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.

3)

Société Elmar Wolf għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha quddiem il-Qorti Ġenerali u quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, kif ukoll nofs dawk sostnuti minn Environmental Manufacturing quddiem il-Qorti Ġenerali u quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.


(1)  ĠU C 63, 26.02.2011.