14.4.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 109/10 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Frar 2012 — Azienda Agricola Colsaliz di Faganello Antonio vs UASI — Weinkellerei Lenz Moser (SERVO SUO)
(Kawża T-525/10) (1)
(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali SERVO SUO - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti SERVUS - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)
2012/C 109/22
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Azienda Agricola Colsaliz di Faganello Antonio (Refrontolo, l-Italja) (rappreżentanti: G. Massa u P. Massa, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: inizjalment G. Mannucci, sussegwentement P. Bullock, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Weinkellerei Lenz Moser AG (Linz, l-Awstrija) (rappreżentant: C. R. Haarmann, avukat)
Suġġett
Appell mid-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tas-16 ta’ Awwissu 2010 (Każ R 1571/2009-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Weinkellerei Lenz Moser AG u Azienda Agricola Colsaliz di Faganello Antonio.
Dispożittiv
(1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
(2) |
Azienda Agricola Colsaliz di Faganello Antonio hija kkundannata għall-ispejjeż. |