1.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 373/5


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Ottubru 2012 — Evropaïki Dynamiki vs Il-Qorti tal-Ġustizzja

(Kawża T-447/10) (1)

(Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Proċedura ta’ sejħa għal offerti - Provvista ta’ servizzi ta’ manutenzjoni, żvilupp u appoġġ ta’ applikazzjonijiet tal-informatika - Ċaħda tal-offerti tar-rikorrenti u għoti tal-kuntratti lil offerent ieħor - Kriterji ta’ għażla - Kriterji ta’ għoti - Obbligu ta’ motivazzjoni - Responsabbiltà mhux kuntrattwali)

2012/C 373/08

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE (Ateni, il-Greċja) (rappreżentanti: N. Korogiannakis u M. Dermitzakis, avukati)

Konvenuta: Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: T. Lefèvre, aġent)

Suġġett

Minn naħa, talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja, tat-12 ta’ Lulju 2010, li tiċħad l-offerti tar-rikorrenti għal-lottijiet Nru 1 u 2 tas-sejħa għal offerti CJ 7/09, tal-11 ta’ Novembru 2009, għall-manutenzjoni, l-iżvilupp u l-appoġġ ta’ applikazzjonijiet tal-informatika (ĠU 2009/S 217-312293), kif ukoll ta’ kull deċiżjoni oħra annessa tal-Qorti tal-Ġustizzja, inkluża dik tal-għoti tal-kuntratti rispettivi lill-offerenti magħżula u, min-naħa l-oħra, talba għad-danni.

Dispożittiv

(1)

Id-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tat-12 ta’ Lulju 2010 li tiċħad l-offerti ppreżentati minn Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE fil-kuntest tal-proċedura ta’ sejħa għal offerti CJ 7/09, tal-11 ta’ Novembru 2009, għall-manutenzjoni, l-iżvilupp u l-appoġġ ta’ applikazzjonijiet tal-informatika, u li tagħti l-kuntratti lil offerenti oħrajn hija annullata.

(2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

(3)

Il-Qorti tal-Ġustizzja hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 346, 18.12.2010.