14.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 302/40


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Lulju 2015 – HIT Groep vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-436/10) (1)

((“Kompetizzjoni - Akkordji - Suq Ewropew tal-azzar għall-prestressing - Iffissar ta’ prezzijiet, qsim tas-suq u skambju ta’ informazzjoni kummerċjali sensittiva - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE - Regoli dwar l-imputabbiltà tal-prattiki antikompetittivi ta’ sussidjarja lill-kumpannija parent tagħha - Preżunzjoni tal-eżerċizzju effettiv ta’ influwenza determinanti - Terminu raġonevoli”))

(2015/C 302/50)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Rikorrenti: HIT Groep (Haarlem, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: inizjalment G. van der Wal, G. Oosterhuis u H. Albers, sussegwentement G. van der Wal u G. Oosterhuis, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Van Nuffel, S. Noë u V. Bottka, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 4387 finali, tat-30 ta’ Ġunju 2010, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/38.344 – Azzar għall-prestressing), emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 6676 finali, tat-30 ta’ Settembru 2010, u bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2011) 2269, finali, tal-4 ta’ April 2011.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

HIT Groep BV għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk tal-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 317, 20.11.2010.