14.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 302/35


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Lulju 2015 – Fapricela vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-398/10) (1)

((“Kompetizzjoni - Akkordji - Suq Ewropew tal-azzar għall-prestressing - Iffissar ta’ kwoti u ta’ prezzijiet, qsim tas-suq u skambju ta’ informazzjoni kummerċjali sensittiva - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE - Kooperazzjoni maul il-proċedura amministrattiva”))

(2015/C 302/44)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Partijiet

Rikorrenti: Fapricela – Indústria de Trefilaria, SA (Ançã, il-Portugall) (rappreżentanti: inizjalment M. Gorjão-Henriques u S. Roux, avukati, sussegwentement T. Guerreiro, R. Lopes u S. Alberto, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre, P. Costa de Oliveira u V. Bottka, aġenti, assistiti minn M. Marques Mendes, avukat)

Suġġett

Talba għall-annullament u għall-bidla tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 4387 finali, tat-30 ta’ Ġunju 2010, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/38.344 – Azzar għall-prestressing), emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 6676 finali, tat-30 ta’ Settembru 2010, u bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2011) 2269, finali, tal-4 ta’ April 2011.

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 4387 finali, tat-30 ta’ Ġunju 2010, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/38.344 – Azzar għall-prestressing), emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 6676 finali, tat-30 ta’ Settembru 2010, u bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2011) 2269, finali, tal-4 ta’ April 2011, hija annullata sa fejn tikkonstata li Fapricela – Indústria de Trefilaria, SA kisret id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 101(1) TFUE billi pparteċipat, minbara fi ksur tal-imsemmija dispożizzjoni fis-suq Iberiku, f’akkordju li kien ikopri s-suq intern u mbagħad fi ħdan iż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) u sa fejn imponitilha multa ta’ EUR 8 8 74  000.

2)

L-ammont tal-multa imposta fuq Fapricela – Indústria de Trefilaria huwa ffissat għal EUR 8 8 74  000.

3)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

4)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


(1)  ĠU C 301, 6.11.2010.