14.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 302/34


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta Lulju 2015 – Westfälische Drahtindustrie et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-393/10) (1)

((“Kompetizzjoni - Akkordji - Suq Ewropew tal-azzar għall-prestressing - Iffissar tal-prezzijiet, tqassim tas-suq u skambju ta’ informazzjoni kummerċjali sensittiva - Ksur kumpless - Ksur uniku u kontinwu - Tbegħid - Gravità tal-ksur - Ċirkustanzi attenwanti - Ugwaljanza fit-trattament - Prinċipju ta’ individwalità tal-pieni u tas-sanzjonijiet - Evalwazzjoni tal-kapaċità ta’ ħlas - Avviż tal-Kummissjoni dwar il-kooperazzjoni tal-2002 - Linji Gwida għall-kalkolu tal-ammont tal-multi tal-2006 - Ġurisdizzjoni sħiħa”))

(2015/C 302/43)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Westfälische Drahtindustrie GmbH (Hamm, il-Ġermanja) Westfälische Drahtindustrie Verwaltungsgesellschaft mbH & Co. KG (Hamm); Pampus Industriebeteiligungen GmbH & Co. KG (Iserlohn, il-Ġermanja) (rappreżentanti: inizjalment C. Stadler u N. Tkatchenko, sussegwentement C. Stadler et S. Budde, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Bottka, R. Sauer u C. Hödlmayr, aġenti, assistiti minn M. Buntscheck, avukat)

Suġġett

Talba għall-annullament u għall-bidla tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 4387 finali, tat-30 ta’ Ġunju 2010, relatata ma’ proċedura skont l-Artikolu 101 TFUE u l Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE (Każ COMP/38344 – Azzar għall-prestressing), emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 6676 finali, tat-30 ta’ Settembru 2010, u bid-Deċiżjoni tal Kummissjoni C (2011) 2269 finali, tal-4 ta’ April 2011 kif ukoll talba għall-annullament tal-ittra tad-Direttur Ġenerali tad-Direttorat Ġenerali tal Kompetizzjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta’ Frar 2011.

Dispożittiv

1)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar dan ir-rikors għal tnaqqis tal-multa imposta fuq Westfälische Drahtindustrie GmbH u fuq Westfälische Drahtindustrie Verwaltungsgesellschaft mbH & Co. KG fid-deċiżjoni tal Kummissjoni C (2010) 6676 finali tat-30 ta’ Settembru 2010.

2)

Il-punt 8 tal-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 4387 finali, tat-30 ta’ Ġunju 2010, relatata ma’ proċedura skont l-Artikolu 101 TFUE u l-Artikolu 53 tal Ftehim taż-ŻEE (Każ COMP/38344 – Azzar għall-prestressing), kif emendata bid-Deċiżjoni tal Kummissjoni C (2010) 6676 finali, tat-30 ta’ Settembru 2010, u bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2011) 2269 finali, tal-4 ta’ April 2011, huwa annullat.

3)

L-ittra tad-Direttur Ġenerali tal-Kompetizzjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta’ Frar 2011 hija annullata.

4)

Westfälische Drahtindustrie, Westfälische Drahtindustrie Verwaltungsgesellschaft mbH & Co. u Pampus Industriebeteiligungen GmbH & Co. huma kkundannati in solidum għall-ħlas ta’ multa ta’ EUR 1 5 4 85  000.

5)

Westfälische Drahtindustrie u Westfälische Drahtindustrie Verwaltungsgesellschaft mbH & Co. huma kkundannati in solidum għall-ħlas ta’ multa ta’ EUR 2 3 3 70  000.

6)

Westfälische Drahtindustrie hija kkundannata għall-ħlas ta’ multa ta’ EUR 7 6 95  000.

7)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

8)

Westfälische Drahtindustrie, Westfälische Drahtindustrie Verwaltungsgesellschaft mbH & Co. u Pampus Industriebeteiligungen GmbH & Co. għandhom ibatu n-nofs tal-ispejjeż tagħhom stess, inklużi dawk relatati mal-proċeduri għal miżuri provviżorji. Il-Kummissjoni għandha tbati l ispejjeż tagħha stess u nofs l-ispejjeż ta’ Westfälische Drahtindustrie, ta’ Westfälische Drahtindustrie Verwaltungsgesellschaft mbH & Co. u ta’ Pampus Industriebeteiligungen GmbH & Co., inklużi dawk relatati mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.


(1)  ĠU C 301, 6.11.2010