1.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 156/38


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ April 2013 — Continental Bulldog Club Deutschland vs UASI (CONTINENTAL)

(Kawża T-383/10) (1)

(Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali CONTINENTAL - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

2013/C 156/68

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Continental Bulldog Club Deutschland eV (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentanti: inizjalment S. Vollmer, sussegwentement minn U. Rühl, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: inizjalment S. Schäffner, sussegwentement D. Walicka, aġenti)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tat-23 ta’ Ġunju 2010 (R 300/2010-1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali CONTINENTAL bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Continental bulldog Club Deutschland eV huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 301, 06.11.2010.