|
9.11.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 325/27 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Settembru 2013 — Wabco Europe et vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-380/10) (1)
(Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tal-Belġju, tal-Ġermanja, ta’ Franza, tal-Italja, tal-Pajjiżi l-Baxxi u tal-Awstrija tal-installazzjonijiet sanitarji għall-kmamar tal-banju - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE - Koordinazzjoni taż-żidiet fil-prezzijiet u skambju ta’ informazzjoni kummerċjali sensittiva - Distorsjoni tal-kompetizzjoni - Prova - Kalkolu tal-ammont tal-multa - Kooperazzjoni matul il-proċedura amministrattiva - Komunikazzjoni tal-2002 dwar il-kooperazzjoni - Immunità minn multi - Tnaqqis tal-ammont tal-multa - Valur miżjud sinjifikattiv - Linji gwida tal-2006 għall-kalkolu tal-ammont tal-multi - Prinċipju ta’ nuqqas ta’ retroattività)
2013/C 325/45
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Wabco Europe (Brussell, il-Belġju); Wabco Austria GesmbH (Vjenna, l-Awstrija); Trane Inc. (Piscataway, New Jersey, l-Istati Uniti); Ideal Standard Italia Srl (Milano, l-Italja); u Ideal Standard GmbH (Bonn, il-Ġermanja) (rappreżentanti: S. Völcker, F. Louis, A. Israel, N. Niejahr, avukati, C. O’Daly, E. Batchelor, solicitors, u F. Carlin, barrister)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre, F. Ronkes Agerbeek u G. Koleva, aġenti)
Suġġett
Talba intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010) 4185 finali, tat-23 ta’ Ġunju 2010, dwar proċedura skont l-Artikolu 101 TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/39.092 — Installazzjonijiet sanitarji għall-kmamar tal-banju), sa fejn din tikkonċerna lir-rikorrenti u għat-tnaqqis tal-ammont tal-multi imposti fuqhom.
Dispożittiv
|
(1) |
Il-punti 3 u 4 tal-Artikolu 1(1) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010) 4185 finali, tat-23 ta’ Ġunju 2010, dwar proċedura skont l-Artikolu 101 TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/39.092 — Installazzjonijiet sanitarji għall-kmamar tal-banju), huma annullati sa fejn il-Kummissjoni Ewropea fihom tikkundanna lil Trane Inc., lil Wabco Europe u lil Ideal Standard Italia Srl għal ksur relatat ma’ akkordju fis-suq Taljan tal-oġġetti taċ-ċeramika għal perijodu għajr dak mit-12 ta’ Mejju 2000 sad-9 ta’ Marzu 2001. |
|
(2) |
L-ammont tal-multa imposta fuq Trane fl-Artikolu 2(3)(a) tad-Deċiżjoni C(2010) 4185 finali huwa ta’ EUR 92 664 493. |
|
(3) |
L-ammont tal-multa imposta in solidum fuq Wabco Europe u fuq Trane fl-Artikolu 2(3)(b) tad-Deċiżjoni C(2010) 4185 huwa ta’ EUR 15 820 767. |
|
(4) |
L-ammont tal-multa imposta in solidum fuq Ideal Standard Italia, fuq Wabco Europe u fuq Trane fl-Artikolu 2(3)(e) tad-Deċiżjoni C(2010) 4185 huwa ta’ EUR 4 520 220. |
|
(5) |
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud. |
|
(6) |
Il-Kummissjoni għandha tbati nofs l-ispejjeż sostnuti minn Wabco Europe, minn Wabco Austria GesmbH, minn Trane, minn Ideal Standard Italia u minn Ideal Standard GmbH kif ukoll l-ispejjeż tagħha. |
|
(7) |
Wabco Europe, Wabco Austria, Trane, Ideal Standard Italia u Ideal Standard għandhom ibatu nofs l-ispejjeż tagħhom. |