|
9.11.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 325/25 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Settembru 2013 — Mamoli Robinetteria vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-376/10) (1)
(Kompetizzjoni - Akkordji - Swieq Belġjan, Ġermaniż, Franċiż, Taljan, Olandiż u Awstrijak tal-installazzjonijiet sanitarji għal kmamar tal-banju - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE - Koordinazzjoni taż-żidiet fil-prezzijiet u skambju ta’ informazzjoni kummerċjali sensittiva - Drittijiet tad-difiża - Komunikazzjoni tal-2002 dwar il-kooperazzjoni - Eċċezzjoni ta’ illegalità - Kunċett ta’ akkordju - Kalkolu tal-ammont tal-multa - Linji gwida għall-kalkolu tal-ammont tal-multi tal-2006 - Gravità - Koeffiċjent tal-ammont addizzjonali)
2013/C 325/42
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Mamoli Robinetteria SpA (Milan, l-Italja) (rappreżentanti: F. Capelli u M. Valcada, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre, A. Antoniadis u L. Malferrari, aġenti, assistiti inizjalment minn F. Ruggeri Laderchi u A. De Matteis, sussegwentement minn F. Ruggeri Laderchi, avukati)
Suġġett
Talba intiża, prinċipalment, għall-annullament tad-Deċiżjoni C(2010) 4185 finali tal-Kummissjoni, tat-23 ta’ Ġunju 2010, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/39.092 — Installazzjonijiet għal kmamar tal-banju), sa fejn din tikkonċerna lir-rikorrenti, u, sussidjarjament, għat-tħassir jew għat-tnaqqis tal-multa imposta.
Dispożittiv
|
(1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
(2) |
Mamoli Robinetteria SpA għandha tbati l-ispejjeż tagħha u kif ukoll dawk tal-Kummissjoni Ewropea. |