12.5.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 138/16 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Marzu 2012 — You-Q vs UASI — Apple Corps (BEATLE)
(Kawża T-369/10) (1)
(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva BEATLE - Trade marks nazzjonali u Komunitarji verbali u figurattivi preċedenti BEATLES u THE BEATLES - Raġuni relattiva għal rifjut - Artikolu 8(5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Reputazzjoni - Vantaġġ indebitu miksub mill-karattru distintiv jew mir-reputazzjoni tat-trade marks preċedenti)
(2012/C 138/30)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: You-Q BV, li kienet Handicare Holding BV (Helmond, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: G. van Roeyen)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Botis, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Apple Corps Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: A. Terry, solicitor, u F. Clark, avukati)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-31 ta’ Mejju 2010 (Każ R 1276/2009-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Apple Corps Ltd u Movingpeople.net International BV.
Dispożittiv
(1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
(2) |
You-Q BV hija kkundannata għall-ispejjeż. |