30.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 194/19


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Mejju 2012 — Il-Portugall vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-345/10) (1)

(FAEGG - Taqsima ‘Gwida’ - Tnaqqis ta’ għajnuna finanzjarja - Miżuri ta’ sostenn għall-investimenti fl-impriżi agrikoli - Effettività tal-kontrolli)

2012/C 194/30

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Portugiża (rappreżentanti: L. Inez Fernandes u J. Saraiva de Almeida, aġenti, assistiti minn M. Figueiredo, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissoni Ewropea (rappreżentanti: P. Guerra e Andrade u G. von Rintelen, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010) 4255 finali, tad-29 ta’ Ġunju 2010, dwar l-applikazzjoni ta’ korrezzjonijiet finanzjarji fl-għajnuna tal-FAEGG, Taqsima “Gwida”, mogħtija fil-programm operattiv CCI 1999.PT.06.1.PO.007 (Il-Portugall — programm nazzjonali Objettiv 1) fir-rigward tal-miżura “Investimenti fl-impriżi agrikoli”.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Ir-Repubblika Portugiża hija kkundannata għall-ispejjeż


(1)  ĠU C 301, 6.11.2010.