11.8.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 243/17


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Ġunju 2012 — Constellation Brands vs UASI (COOK’S)

(Kawża T-314/10) (1)

(Trade mark Komunitarja - Trade mark Komunitarja verbali COOK’S - Assenza ta’ applikazzjoni għat-tiġdid ta’ trade mark - Tħassir tat-trade mark mal-iskadenza tar-reġistrazzjoni - Talba għal restitutio in integrum - Artikolu 81 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

2012/C 243/32

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Constellation Brands, Inc. (Fairport, New York, l-Istati Uniti) (rappreżentant: B. Brandreth, barrister)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: D. Botis u V. Melgar, aġenti)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tad-29 ta’ April 2010 (Każ R 1048/2009-1), sa fejn din ċaħdet it-talba tar-rikorrenti għal restitutio in integrum.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Constellation Brands, Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 260, 25.9.2010.