4.5.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 129/14 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Marzu 2013 — in ‘t Veld vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-301/10) (1)
(Aċċess għal dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Dokumenti li jirrigwardaw l-abbozz tal-Ftehim Kummerċjali internazzjonali dwar il-Ġlieda Kontra l-Falsifikazzjoni (ACAC-ACTA) - Dokumenti li jirrigwardaw in-negozjati - Rifjut ta’ aċċess - Eċċezzjoni marbuta mal-protezzjoni tal-interess pubbliku fil-qasam tar-relazzjonijiet internazzjonali - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Proporzjonalità - Obbligu ta’ motivazzjoni)
2013/C 129/26
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Sophie in ‘t Veld (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: O. W. Brouwer u J. Blockx, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment C. Hermes u C. ten Dam, sussegwentement minn C. Hermes u F. Clotuche-Duvieusart, aġenti)
Suġġett
Inizjalment, talba għal annullament parzjali tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni SG.E.3/HP/psi — Ares (2010) 234950, tal-4 ta’ Mejju 2010, sa fejn din tirrifjuta l-aċċess għal ċerti dokumenti dwar abbozz tal-Ftehim Kummerċjali internazzjonali dwar il-Ġlieda Kontra l-Falsifikazzjoni (ACAC).
Dispożittiv
(1) |
Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-4 ta’ Mejju 2010, bir-referenza SG.E.3/HP/psi — Ares (2010) 234950, hija annullata sa fejn din tirrifjuta l-aċċess għal dokumenti nri°21 u 25 tal-lista annessa ma’ din id-deċiżjoni kif ukoll għas-segwenti oskuramenti li saru f’dokumenti oħra ta’ din il-lista:
|
(2) |
Ir-rikors huwa miċħud għall-bqija. |
(3) |
Sophie in ’t Veld għandha tbati nofs l-ispejjeż tagħha kif ukoll nofs l-ispejjeż tal-Kummissjoni Ewropea. |
(4) |
Il-Kummissjoni għandha tbati nofs l-ispejjeż tagħha kif ukoll nofs l-ispejjeż ta’ S. in ’t Veld. |